7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2011 — ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/11)

2012/C 6/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-karti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Diċembru 2010 u tal-karti ta’ remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti sa fejn dawn ma jinkludux il-korrezzjoni tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet fid-dawl tal-koeffiċjent korrettur li japplika għall-post fejn ġew assenjati.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-karti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Diċembru 2010, kif ukoll il-karti ta’ remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.