7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs BEI

(Kawża F-103/11)

2012/C 6/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma tittieħed ebda azzjoni wara proċedura ta’ investigazzjoni dwar l-allegat fastidju psikoloġiku u tannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni kif ukoll it-talba għal danni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2011 sa fejn din tistabbilixxi nuqqas ta’ fatti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala fastidju fir-rigward tagħha;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011;

jikkonstata li hija kienet il-vittma ta’ fatti li taw lok għal fastidju;

jordna lill-BEI jtemm dan il-fastidju;

jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-1 ta’ Settembru 2011;

jikkonstata l-eżistenza ta’ żbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI;

jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI fir-rigward tar-rikorrenti dwar l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011, il-fatti ta’ fastidju li tiegħu kienet vittma kif ukoll l-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI;

jikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti kemm fil-passat kif ukoll fil-futur li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta’ Lulju 2011, mill-fastidju psikoloġiju li kienet suġġetta għalih u mill-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI, fejn il-kumpens għandu jinkludi l-interessi moratorji;

fir-rigward tal-illegalità tal-ittra tal-President tas-27 ta’ Lulju 2011:

dwar id-danni materjali fir-rigward tat-telf ta’ remunerazzjoni: EUR 113 100.

dwar id-danni morali: EUR 50 000;

fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku li kienet suġġetta għalih:

dwar id-danni materjali fir-rigward tar-remunerazzjoni u t-telf ta’ karriera: EUR 132 100;

dwar id-danni morali: EUR 50 000.

dwar l-ispejjeż ikkawżati: EUR 13 361,93;

fir-rigward tal-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI:

dwar il-ksur mill-BEI tal-obbligu ta’ kunfidenzjalità tiegħu u ta’ protezzjoni tad-data: EUR 10 000.

dwar l-inċident li jikkonċerna s-smigħ tax-xhieda: EUR 40 000;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.