26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/45 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2011 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-89/11)
2011/C 347/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxipplinari.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-Deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Nru 0352/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 li tiċħad it-talba tar-rikorrent, imressqa fl-14 ta’ Lulju 2010 skont l-Artikolu 90(l) tar-Regolamenti tal-Persunal, sabiex jikseb kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u dixxiplinari; |
— |
sa fejn hemm bżonn, jannula d-deċiżjoni espliċita tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Mejju 2011, li tiċħad l-ilment li r-rikorrent ippreżenta skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fl-10 ta’ Frar 2011; |
— |
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba d-dewmien eċċessiv tal-proċeduri amministrattivi u dixxiplinari mressqa kontrih; |
— |
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 15 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba żbalji u negliġenzi min-naħa tal-Kumitat tar-Reġjuni fl-iżvolġiment tad-diversi proċeduri amministrativi u dixxiplinari; |
— |
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 41 888,68 bħala kumpens għad-danni materjali subiti minħabba t-tluq furzat u antiċipat għall-pensjoni; |
— |
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq l-ammonti ċċitati iktar ’il fuq skont ir-rati tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’żieda ta’ żewġ punti; |
— |
jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż. |