25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/37


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-53/11)

2011/C 186/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ dawk li għaddew mill-kompetizzjoni EPSO/AD/168/09-PL.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/168/09-PL li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ dawk li għaddew minn din il-kompetizzjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.