|
27.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/56 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-47/11)
2011/C 252/123
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: W. Bode, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni dwar l-esklużjoni tar-rikorrenti mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AST/100/09, u talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
|
— |
jordna lill-konvenuta tipprovdi informazzjoni eżawrjenti dwar l-iżvolġiment tal-kompetizzjoni sad-data tal-att preżenti u dwar l-eżamijiet individwali, inkluż il-proċess tal-evalwazzjoni tal-imsemmi eżamijiet, b’mod partikolari, iżda mhux eklużivament, |
|
— |
jiggarantilha d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-kompetizzjoni, li għandha l-konvenuta, inklużi d-dokumenti dwar l-evalwazzjoni tal-eżamijiet tar-rikorrenti; |
|
— |
jipprovdilha informazzjoni fattwali dwar kif ingħataw 12-il punt lir-rikorrenti fl-eżami prattiku (a); |
|
— |
jipprovdilha informazzjoni dwar l-iżvolġiment tal-kompetizzjoni inġenerali, inkluża n-notifikazzjoni tan-numru ta’ kandidati li pparteċipaw fl-eżamijiet orali u prattiċi, tan-numru ta’ kandidati li għaddew mill-eżami orali, tan-numru ta’ kandidati li għaddew mill-eżami prattiku (a), tal-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti mill-Bord tal-Għażla — pereżempju tabelli ta’ evalwazzjoni, dispożizzjonijiet li jipprovdu li punti partikolari jingħataw lil ċerti partijiet tal-eżamijiet individwali jew abbażi ta’ kriterji partikolari ta’ evalwazzjoni —, tal-punti li kisbu kandidati oħra fl-eżamijiet prattiċi (a) u (b), kif ukoll informazzjoni dwar kif ġew stabbiliti tali punti; |
|
— |
jannulla n-notifikazzjoni tal-konvenuta tat-28 ta’ Settembru kif ukoll id-deċiżjoni ta’ konferma tal-5 ta’ April 2011, bl-effett li jingħata kunsens sabiex ir-rikorrenti tipparteċipa sussegwentement fil-kompetizzjoni, u jipprovdi, b’mod partikolari, l-ewwel nett, il-korrezzjoni tal-eżami prattiku (b) tar-rikorrenti |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ġudizzjarji sostnuti mir-rikorrenti fit-tliet proċeduri amministrattivi kif ukoll fir-rikors preżenti. |