7.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/31 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Conticchio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-22/11)
2011/C 139/58
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffridda u A. Tortora, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti inkwantu ġie rrikonoxxut lilha dritt għall-pensjoni ta’ rtirar fil-grad AST7/1 minflok fil-grad AST7/2.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru R/489/10 maħruġa fit-18 ta’ Novembru 2010 u nnotifikata fl-24 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-appell; |
— |
tawtorizza t-trasferiment tar-rikorrenti minn grad AST7/1 għal AST7/2 b’effett retroattiv; |
— |
terga’ tiddetermina l-ammont tal-pensjoni tar-rikorrenti, billi żżied l-ammont b’madwar EUR 170 fix-xahar; |
— |
tordna lill-korp responsabbli mill-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrenti tirrestitwixxi l-ammont dovut, ikkalkolat mill-1 ta’ Ġunju 2010 sad-data tar-riżoluzzjoni finali, flimkien mal-interessi, rivalutazzjoni u drittijiet statutorji oħra; |
— |
tqiegħed lill-Kummissjoni Ewropea taħt l-obbligu li tirrestitwixxi lir-rikorrenti l-ammonti, mhux dovuti, li hija ser tkun ħallset sad-data li fiha tingħata d-deċiżjoni tal-kawża preżenti, fir-rigward tal-għoti lura tad-drittijiet għall-pensjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |