|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/11)
2011/C 113/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fil-15 ta’ Marzu 2010 u kumpens għad-dannu subit.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li permezz tagħha l-Kummissjoni tiċħad it-talba tal-15 ta’ Marzu 2010 li r-rikorrent ressaq quddiem l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni; |
|
— |
jannulla, skont il-ħtieġa, id-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni tal-ilment tal-5 ta’ Awwissu 2010; |
|
— |
jannulla, skont il-ħtieġa, in-nota tal-24 ta’ Awwissu 2010, redatta bit-Taljan u li r-rikorrent irċieva mhux qabel l-1 ta’ Ottubru 2010; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas favur ir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu subit inġustament mir-rikorrent minħabba kull waħda mid-deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom qed jintalab l-annullament u, a fortiori, flimkien, is-somma ta’ EUR 1 000, jew somma ogħla jew inqas li l-Qorti Ġenerali tqis ġusta u ekwa; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |