8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/36 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Simpson vs Il-Kunsill
(Kawża F-142/11 RENV)
((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Uffiċjali - Avvanz fil-grad - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax il-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament infondat))
(2016/C 287/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Erik Simpson għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi F-142/11, T-130/14 P u F-142/11 RENV, rispettivament, u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-142/11. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi T-130/14 P u F-142/11 RENV. |