7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/44


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Frar 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/11) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-irtirar mhux volontarju ta’ uffiċjal u l-għoti ta’ allowance tal-invalidità - Deċiżjoni li ma tiddeċidix fuq l-oriġini professjonali tal-marda li ġġustifikat l-irtirar mhux volontarju - Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Neċessità li jitlaqqa Kumitat tal-Invalidità ġdid - Rilevanza ta’ deċiżjoni preċedenti adottata skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

2014/C 102/65

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tadotta deċiżjoni dwar l-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012, p. 70.