31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/49


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-102/11) (1)

(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bl-idejn fuq il-faks differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinali tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 252/87

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad li tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-vjaġġi annwali mill-post tal-assenjazzjoni għall-pajjiż ta’ oriġini għas-snin 2005 sa 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012, p. 27.