|
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/51 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-99/11) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni - Interess ġuridiku - Rikors manifestament inammissibbli)
2013/C 325/82
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati fuq ir-remunerazzjoni dovuti għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Lulju 2010.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissbli. |
|
(2) |
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 25, 28.01.2012, p. 67.