31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/48 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Jargeac et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/11) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)
2013/C 252/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bernard Jargeac et (Hostert, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moyse u A. Salerno, avukati, sussegwentement minn A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li xi għajnuna finanzjarja ta’ Stat Membru lill-istudenti ta’ livell ta’ edukazzjoni superjuri titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u li din l-għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mħallsa lill-uffiċjali ġenituri ta’ dawn l-istudenti, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rimbors tal-ammonti mħallsa li ma kinux dovuti.
Dispożittiv tad-digriet
(1) |
Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Finch huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
(2) |
Ir-rikors, sa fejn ġie ppreżentat minn Jargeac, Aliaga Artero, Charrière, Clarke, Domingues, Hughes, Lanneluc u Zein, huwa miċħud bħala manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt. |
(3) |
Jargeac u t-tmien uffiċjali jew ex uffiċjali l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 347, 26.11.2011, p. 47.