24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/51


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 Alari vs Il-Parlament

(Kawża F-38/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi l-promozzjoni ta’ uffiċjal trasferit)

2011/C 282/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gianluigi Alari (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

(2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tar-rikorrent.


(1)  ĠU C 179, 18.06.11., p. 22