8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11) (1)

(Servizz pubbliku - Promozzjoni - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni tal-grad AD 9 - Ugwaljanza fit-trattament)

2014/C 39/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Litwana, Latvjana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2010 hija annullata.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jsostni l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn E. Simpson.


(1)  ĠU C 65, 3.3.2013, p. 26.