31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — BY vs EASA

(Kawża F-81/11) (1)

(Persunal tal-EASA - Membru tal-persunal temporanju - Ammissibbiltà - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli - Assenjazzjoni mill-ġdid - Fastidju psikoloġiku - Użu ħażin ta’ poter)

2013/C 252/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B. -H. Vincent, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid, fl-interess tas-servizz, f’pożizzjoni mhux maniġerjali, wara rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma għad-dannu allegatament sostnut.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BY għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011, p. 41.