20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/46 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2013 — Bojc Golob vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/11) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Rexissjoni)
2013/C 114/69
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aleksandra Bojc Golob (Domžale, is-Slovenja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Aleksandra Bojc Golob għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 290, 01.10.2011, p. 20.