30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/23


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — BF vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-69/11) (1)

(Servizz pubbliku - Proċedura intiża sabiex timtela pożizzjoni ta’ direttur - Rapport tal-Kumitat ta’ Preselezzjoni - Motivazzjoni - Assenza - Illegalità tad-deċiżjoni ta’ ħatra - Kundizzjonijiet)

2013/C 352/42

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Kennedy u J. Vermer, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li r-rikorrent ma jinħatarx bħala Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani u li jinħatar kandidat ieħor għall-imsemmija pożizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tat-18 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħhom il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea ħatret lil Z bħala Direttur tar-Riżorsi Umani u ċaħdet il-kandidatura ta’ BF għal dan l-impjieg huma annullati.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea sabiex mill-proċess jitneħħew l-Annessi A 7 u A 11 tar-rikors.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn BF.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011, p. 52.