Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI

(Kawża C-649/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Trade mark verbali ROSALIA DE CASTRO — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali ROSALIA”

1.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1), TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 39)

2.                     Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda (ara l-punt 55)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2010 — Cooperativa Vitivinícola Arousana vs UASI — Sotelo Ares (T-421/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell ta’ UASI tad-19 ta’ Lulju 2010 (Każ R-1804/2008-4), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Maria Constantina Sotelo Ares u Cooperativa Vitivinícola Arousana, S. Coop. Galega.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Cooperativa Vitivinícola Arousana S. Coop. Galega hija kkundannata għall-ispejjeż.