Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 — Brighton Collectibles vs UASI

(Kawża C-624/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Regolamenti (KE) Nru 40/94 u (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) — Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fil-każ ta’ raġuni relattiva għal rifjut ta’ reġistrazzjoni”

1.                     Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punti 34, 35)

2.                     Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief f’każ ta’ żnaturament (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 43-45)

3.                     Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti, Artikolu 113(2)) (ara l-punt 53)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-27 ta’ Settembru 2011, Brighton Collectibles vs UASI u Felmar (T-403/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2010, (Każ R 408/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brighton Collectibles, Inc. u Felmar — Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni bbażati fuq it-trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti — Nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tad-drittijiet nazzjonali invokati.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Brighton Collectibles, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.