Digriet mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Ġunju 2012 — Schenker vs Air France u Il-Kummissjoni

(Kawża C-589/11 P(I))

“Appell — Intervent — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima”

Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima — Kunċett — Rekwiżit ta’ interess dirett u attwali — Tilwima dwar il-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata akkordju u li timponi multa — Assenza ta’ interess dirett tal-klijenti ta’ impriżi li jipparteċipaw fl-akkordju — Klijent li jista’ jitlob kumpens għad-danni kkawżati mill-akkordju — Klijent li ressaq talba għal aċċess għad-dokumenti tal-proċedura amministrattiva dwar l-akkordju — Nuqqas ta’ rilevanza (Artikolu 101 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 10, 12-16, 23-25)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-25 ta’ Ottubru 2011, Air France vs Il-Kummissjoni (T-63/11), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għal intervent ta’ Schenker AG — Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima — Tilwima dwar talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 — Trasport tal-merkanzija bl-ajru).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Schenker AG hija kkundannata għall-ispejjeż.