Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Mejju 2012 — Timehouse vs UASI

(Kawża C‑453/11 P)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta arloġġ — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Assenza ta’ karattru distintiv”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv tas-sinjal — Trade mark komposta minn diversi elementi — Possibbiltà għall-awtorità kompetenti li twettaq eżami ta’ kull wieħed mill-elementi kostituttivi tat-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2011, Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati) (T‑235/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 0942/2009‑1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit minn forma ta’ arloġġ — Assenza ta’ karattru distintiv

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Timehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.