Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 – Longevity Health Products vs UASI

(Kawża C-222/11 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(d) – Sinjal verbali ‘5 HTP’ – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Appell manifestament inammissibbli”

1.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punt 24)

2.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Gustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 29)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2011 — Longevity Health Products vs UASI - Performing Science (5 HTP), (T‑190/09), li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal‑Appell tal-UASI tal-21 ta’ April 2009 (Każ R 595/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Performing Science LLC u Longevity Health Products, Inc. — Karattru distintiv tas-sinjal verbali 5 HTP.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Longevity Health Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.