Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs Yorma's
(Kawża C-191/11 P-DEP)
“Intaxxar tal-ispejjeż”
Proċedura — Spejjeż — Intaxxar — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 73(b)) (ara l-punt 17)
Suġġett
| Rikors għall-intaxxar tal-ispejjeż riżultanti mid-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla), tat-8 ta’ Frar 2012, fil-Kawża C-191/11 P, Yorma’s vs UASI — Norma Lebensmittelfilialbetrieb (Yorma’s). |
Dispożittiv
L-ammont totali tal-ispejjeż li Yorma’s AG għandha tirrimborsa lil Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG huwa stabbilit bħala EUR 3 080.91.