Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Novembru 2011 –Tresplain Investments vs UASI

(Kawża C‑76/11 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikoli 8(4) u 52(1)(ċ) – Trade mark Komunitarja figurattiva Golden Elephant Brand – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq trade mark nazzjonali figurattiva mhux irreġistrata GOLDEN ELEPHANT – Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti – Sistema tal-azzjoni tal-‘common law’ għal abbuż tad-denominazzjoni (‘action for passing off)”

1.                     Appell - Aggravji - Aggravju ppreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 53)

2.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 73)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, Tresplain Investments vs UASI - Hoo Hing (T‑303/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja “Golden Elephant Brand”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 889/2007‑1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Mejju 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tirrifjuta t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-imsemmija trade mark, ippreżentata mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva nazzjonali mhux irreġistrata “GOLDEN ELEPHANT”, għal prodotti fil-klassi 30 - Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Tresplain Investments Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.