24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs Regalp SA

(Kawża C-675/11)

2012/C 89/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR)

Konvenuta: Regalp SA

Domandi preliminari

(1)

Il-possibbiltà, miftuħa permezz tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG (1), li jiġi estiż il-perijodu skrutinat “għal perijodi (…) li jiġu qabel jew wara l-perijodu ta’ tnax-il xahar” li huwa jiddefinixxi, kif tista’ tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tan-neċessità li ma titħalliex setgħa indeterminata lill-awtoritajiet ta’ skrutinju?

(2)

B’mod partikolari:

Il-perijodu skrutinat għandu, f’kull ipotesi, u fin-nuqqas ta’ dan l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tibbaża fuqha kontra d-deċiżjoni bbażata fuq il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jippreċedi l-perijodu, imsejjaħ “ta’ skrutinju”, li matulu l-operazzjonijiet ta’ skrutinju jseħħu?

F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, kif għandha tinftiehem il-possibbiltà, espressament prevista mir-regolament, li jiġi estiż il-perijodu skrutinat għall-perijodu “li jiġi wara l-perijodu ta’ tnax-il xahar”?

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-perijodu skrutinat għandu madankollu, u fin-nuqqas ta’ dan l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tibbaża fuqha kontra d-deċiżjoni bbażata fuq il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jinkludi perijodu ta’ tnax il-xahar li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju li jippreċedi dak li matulu l-iskrutinju jseħħ, jew il-perijodu jista’ jinkludi biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tansazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208)