|
24.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill Conseil d’État (Franza) fid-29 ta’ Diċembru 2011 — Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR) vs L-Organizzazzjoni tal-Produtturi Les Cimes
(Kawża C-673/11)
2012/C 89/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR)
Konvenuta: Organizzazzjoni tal-Produtturi Les Cimes
Domandi preliminari
|
(1) |
Kif tista’ l-fakultà, mogħtija mill-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG (1), li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju “għal perjodi […] li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12 il-xahar” li dan jiddefinixxi, tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tal-ħtiġiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-ħtieġa li ma titħallix setgħa indeterminata f’idejn l-awtoritajiet tal-isktrutinju? |
|
(2) |
B’mod partikolari:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 9 p. 208)