24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varnenski administrativen sad (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Diċembru 2011 — Paltrade EOOD vs Nachalnik na Mitnicheski punkt — Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna

(Kawża C-667/11)

2012/C 89/06

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varnenski administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paltrade EOOD

Konvenuta: Nachalnik na Mitnicheski punkt — Pristanishte Varna pri Mitnitsa Varna

Domandi preliminari

(1)

Il-ġbir retroattiv ta’ dazju antidumping skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 (1), huwa permissibbli mingħajr ir-reġistrazzjoni tal-importazzjoni, għajr għar-reġistrazzjoni mad-dwana tad-Dokument Amministrattiv Uniku fis-sistema BIMIS, bil-kodiċi TARIC addizzjonali previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 91/2009 (2)?

(2)

Liema huwa l-ammont xieraq, fis-sens tal-premessa 18 tar-Regolament Nru 966/2010, ta’ dazju antidumping miġbur retroattivament skont ir-Regolament Nru 723/2001? (3)


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2010, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri tal- anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li jitilqu mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 282, p. 29).