|
10.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Diċembru 2011 — M et vs Bundesamt für Migration und Flüchtlinge
(Kawża C-666/11)
2012/C 73/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M, N, O, P, Q
Konvenuta: Bundesamt für Migration und Flüchtlinge
Domandi preliminari
|
(1) |
Fi proċeduri ġudizzjarji dwar dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà u ordni tat-trasferiment tiegħu lejn l-Istat Membru responsabbli skont l-Istat Membru fejn tkun saret l-applikazzjoni għall-ażil (Stat Membru rikjedenti), jista’ l-applikant għall-ażil jibbaża ruħu fuq il-fatt li t-trasferiment ma jkunx sar fit-terminu ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 (1) u għalhekk li r-responsabbiltà hija tal-Istat Membru rikjedenti? |
|
(2) |
Attentat ta’ suwiċidju, anki jekk dan ma jkunx wieħed ġenwin, li minħabba fih dan it-trasferiment lejn l-Istat Membru responsabbli ma jkunx possibbli, jikkostitwixxi ħarba fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003? |
|
(3) |
Fi proċeduri ġudizzjarji dwar dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà u ordni tat-trasferiment tiegħu, jista’ applikant għall-ażil jibbaża ruħu fuq trasferiment ta’ responsabbiltà taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 (2)? |
|
(4) |
Jekk l-Istat Membru rikjedenti jinforma lill-Istat Membru responsabbli li t-trasferiment li kien diġà ġie organizzat ġie pospost, iżda mhux li t-trasferiment ma jistax isir fit-terminu ta’ sitt xhur, dan jipprekludi t-trasferiment ta’ responsabbiltà taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003? |
|
(5) |
L-applikant għall-ażil għandu dritt, li jista’ jinforza quddiem il-qrati, jirrikjedi li Stat Membru jeżamina t-teħid ta’ responsabbiltà taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 u jinformah bir-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat-2 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200).