18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-27 ta’ Diċembru 2011 — TVI Televisão Independente SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-659/11)

2012/C 49/35

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TVI Televisão Independente SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 16(1) taċ-CIVA [Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)], hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali hija inerenti għall-provvista ta’ servizzi pubbliċitarji u li għalhekk għandha tiġi inkluża fil-valur taxxabbli tal-provvista ta’ servizzi permezz tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KE (1) (li issa sar l-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej […] għal dawn il-provvisti”?

(2)

L-Artikolu 16(6)(c) taċ-CIVA, hekk kif interpretat mis-sentenza kkontestata (fis-sens li t-taxxa ta’ wiri ta’ riklam kummerċjali ma tikkostitwixxix ammont imħallas f’isem id-destinatarju tas-servizzi, minkejja li mill-perspettiva ta’ kontabbiltà huma rreġistrati f’kontijiet sospiżi ta’ terzi u huma intiżi li jiġu sottomessi lil entitajiet pubbliċi, u f’dan ir-rigward ma hijiex eskluża mill-bażi taxxabbli tal-VAT) huwa kompatibbli mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11A(3)(ċ) tad-Direttiva 77/388/KE [li issa sar l-Artikolu 79(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28.11.2006), b’mod partikolari bħala kunċett ta’ “ammonti rċevuti minn persuna taxxabbli mix-xerrej jew il-klijent bħala ħlas lura għall-ispejjeż mħallsa fl-isem u għall-akkont ta’ l-aħħar u li huma mdaħħla fil-kotba tiegħu f’kont ta’ bilanċ [sospiż]”?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)