5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/15


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 minn Brighton Collectibles, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-403/10 — Brighton Collectibles vs UASI — Felmar

(Kawża C-624/11 P)

2012/C 133/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Brighton Collectibles, Inc. (rappreżentant: J. Horn, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Felmar

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-403/10,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tal-appellanti,

tikkundanna lill-kumpannija Felmar għall-ispejjeż tagħha fil-każ li tintervjeni fil-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx, b’mod validu, il-provi li hija ppreżentat quddiemha, u lanqas ma mmotivat suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha fir-rigward tad-drittijiet nazzjonali invokati, b’mod partikolari, il-ġurisprudenza Irlandiża u Britannika relatata mal-“Passing off”. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1).


(1)  ĠU L 78, p. 1.