3.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/4 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-442/07, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Air One SpA
(Kawża C-615/11 P)
2012/C 65/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, S. Noë, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ryanair Ltd, Air One SpA
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), innotifikata lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2011, fil-Kawża T-442/07, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, sa fejn tiddikjara li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-Trattat KE billi ma adottatx deċiżjoni dwar it-trasferiment ta’ 100 impjegat tal-Alitalia kif irrapportat lilha fl-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006, mibgħuta lilha minn Ryanair Ltd; |
— |
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tieħu azzjoni sa fejn ma adottatx deċiżjoni dwar it-trasferiment ta’ 100 impjegat tal-Alitalia fl-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006, mibgħuta lilha minn Ryanair Ltd; |
— |
tikkundanna lil Ryanair Ltd għall-ispejjeż; |
— |
sussidjarjament,
|
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għall-aggravji li ġejjin:
— |
Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 10(1) u 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1). Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddefiniet il-kriterji sabiex jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni hijiex fil-pussess ta’ informazzjoni jew ta’ ilment dwar għajnuna allegatament illegali; |
— |
Żball dwar il-kwalifika ġuridika tal-ittra ta’ Ryanair tas-16 ta’ Ġunju 2006. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet irċeviet ilment jew informazzjoni dwar għajnuna allegatament illegali fil-forma ta’ ittra tas-16 ta’ Ġunju 2006. Il-Kummissjoni tikkunsidra li, meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi peress li għamlet kwalifika żbaljata ta’ din l-ittra. |
— |
Żball ta’ liġi meta l-Qorti Ġenerali vverifikat jekk il-Kummissjoni kellhiex l-obbligu li taġixxi għall-finijiet tal-Artikolu 232 KE b’riferiment għall-rekwiżiti tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE.