4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Christoph Becker vs Société Air France SA

(Kawża C-594/11)

2012/C 32/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christoph Becker

Konvenuta: Société Air France SA

Domanda preliminari

Għandu jingħata kumpens lill-passiġġieri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 261/2004 (1) jekk it-tluq kellu dewmien li kien fil-limiti ddefiniti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, iżda l-wasla fid-destinazzjoni finali kellha dewmien ta’ mill-inqas tliet sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).