18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2011 — Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg

(Kawża C-585/11)

2012/C 49/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Philipp Seeberger

Konvenut: Studentenwerk Heidelberg

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ għajnuna għal taħriġ għal studji fi Stat Membru ieħor sempliċement minħabba li, meta beda l-istudji tiegħu, l-istudent li eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu, ma kellux residenza permanenti fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu mill-inqas għal tliet snin?