28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Sibiu (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Novembru 2011 — Mariana Irimie vs Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-565/11)
(2012/C 25/66)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal Sibiu.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mariana Irimie.
Konvenuti: Statul român prin Ministerul Finanțelor și Economiei, Direcția Generală a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu.
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità tal-azzjonijiet għall-kumpens għal ksur tad-dritt Komunitarju miġrub minn individwi minħabba l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ma hijiex konformi mad-dritt Komunitarju, prinċipju li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mid-dritt ta’ proprjetà stabbilit bl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u bl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jillimitaw l-ammont tal-kumpens li jista’ jinkiseb mill-individwu li d-dritt tiegħu jkun ġie miksur?