28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Edgard Mulders vs Rijksdienst voor Pensioenen

(Kawża C-548/11)

(2012/C 25/59)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen (Il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Edgard Mulders

Konvenuta: Rijksdienst voor Pensioenen

Domanda preliminari

Ikun hemm ksur tal-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), meta, għall-finijiet tal-kalkolu tal-pensjoni ta’ ħaddiem migrant, perijodu ta’ inkapaċità ta’ xogħol li tkun wasslet għal allowance għal inkapaċità ta’ xogħol u għal ħlas skont l-Algemene Ouderdomswet, ma jkunx ikkunsidrat bħala ‘perijod[u] ta’ l-assigurazzjoni’ fis-sens tal-Artikolu 1(r) ta’ dan ir-regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.