28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2011 — Helga Petersen, Peter Petersen vs Finanzamt Ludwigshafen
(Kawża C-544/11)
(2012/C 25/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Rheinland-Pfalz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helga Petersen, Peter Petersen
Konvenut: Finanzamt Ludwigshafen
Domanda preliminari
Dispożizzjoni fiskali, li tipprevedi eżenzjoni mit-taxxa fuq dħul ta’ persuna taxxabbli, residenti fi Stat u suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul kollu tagħha, minn attivitajiet li ma humiex indipendenti kemm-il darba l-persuna li timpjega tkun ukoll stabbilita f’dan l-Istat, iżda mhux jekk il-persuna li timpjega tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, hija kompatibbli mal-Artikolu 49 KE (fil-verżjoni tiegħu li toħroġ mit-Trattat ta’ Nice tas-26 ta’ Frar 2001, li sar l-Artikolu 56 TFUE)?