|
28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (Il-Belġju) tal-24 ta’ Ottubru 2011 — Daniel Levy, Carine Sebbag vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
(Kawża C-540/11)
(2012/C 25/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daniel Levy, Carine Sebbag
Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Domanda preliminari
Stat Membru jaġixxi fl-osservanza tad-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari tal-Artikolu 56 moqri flimkien mal-Artikoli 10, 57(2) u 293 tat-Trattat KE, jekk jimpenja ruħu, fi ftehim għall-prevenzjoni tat-taxxa doppja, ma’ Stat Membru ieħor, li jelimina t-taxxa doppja tad-dividendi li jirriżultaw mit-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni stabbilita minn dan il-ftehim, sabiex sussegwentement jemenda l-liġi nazzjonali tiegħu b’tali mod li din it-taxxa doppja ma titneħħix?