17.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Guidice di Pace di Lecce (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2011 — Proċeduri kriminali kontra Abdoiul Khadre Mbaye

(Kawża C-522/11)

2011/C 370/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Guidice di Pace di Lecce

Parti fil-kawża prinċipali

Abdoul Khadre Mbaye

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludi l-possibbiltà li tiġi applikata din id-direttiva anki meta d-dispożizzjoni ta dritt nazzjonali (l-Artikolu 10a tat-test uniku 286.98) tissanzjona d-dħul jew is-soġġorn illegali bil-miżura ta’ espulsjoni bħala sostituzzjoni għall-piena?

(2)

Id-direttiva Komunitarja fuq ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi tipprekludi l-possibbiltà li tiġi ssanzjonata kriminalment is-sempliċi presenza tal-barrani fuq it-territorju nazzjonali, irrispettivament mit-tlestija tal-proċedura amministrattiva ta’ ritorn prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fl-istess direttiva?


(1)  ĠU L 348, p. 98.