26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fit-22 ta’ Settembru 2011 — Laimonis Treimanis vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-487/11)

2011/C 347/23

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Laimonis Treimanis

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 918/83 (1) jipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ vettura personali importata minn Stat terz fit-territorju tal-Unjoni Ewropea li jagħti l-imsemmija vettura, għall-finijiet tal-użu tagħha bla ħlas, lil membru tal-familja tiegħu li jkun effettivament ittrasferixxa r-residenza tiegħu minn Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea u li kien jgħix mal-proprjetarju tal-vettura fl-istess dar fl-Istat terz qabel l-importazzjoni tal-vettura fl-Unjoni Ewropea, meta l-proprjetarju tal-vettura jirrisjedi prinċipalment f’dan l-Istat terz wara l-importazzjoni tal-imsemmija vettura fl-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.