19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2011 — CHS Tour Services GmbH vs Team4 Travel GmbH
(Kawża C-435/11)
2011/C 340/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CHS Tour Services GmbH
Konvenuta: Team 4 Travel GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 5 tad-Direttiva Nru 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prattiki qarrieqa fis-sens tal-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva, ma għandux ikun hemm eżami distint tal-kriterji tal-Artikolu 5(2)(a)?
(1) ĠU L 149, p. 22.