|
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit-22 ta’ Awwissu 2011 — SKP vs Kveta Polhošová
(Kawża C-433/11)
2011/C 340/12
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SKP
Konvenuta: Kveta Polhošová
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeħtieġ li tiġi kklassifikata wkoll bħala prattika kummerċjali żleali wkoll il-prattika tal-fornitur li tikkonsisti fiċ-ċessjoni ta’ krediti kontra konsumaturi lil entità li qed tfalli, jekk il-konsumaturi ma għandhomx il-garanzija li jiġu rimborsati l-ispejjeż legali li jirriżultaw minn kuntratt konkluż ma’ konsumatur? |
|
(2) |
Jekk ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preċedenti hija li ċ-ċessjoni lil entità li qed tfalli ta’ krediti fuq il-konsumaturi għall-finijiet tal-irkupru tmur kontra d-dritt tal-Unjoni:
|
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE); ĠU L 149, p. 22
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288