22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud de Prague (ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Awwissu 2011 — Česká spořitelna a.s. vs Gerald Feichter

(Kawża C-419/11)

2011/C 311/36

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud de Prague

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká spořitelna a.s.

Konvenut: Gerald Feichter

Domandi preliminari

(1)

L-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt konkluż minn xi persuna, il-konsumatur, għal skop li jista’ jkun meqjus ’l hinn minn negozju jew professjoni tiegħu”, użata fl-Artikolu 15(1), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), tista’ tiġi interpretat fis-sens li tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċċjarju jinvoka kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note?

(2)

Minkejja r-risposta għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ materji kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, b’kunsiderazzjoni esklużiva tal-kontenut tal-promissory note bħala tali, hija tinkludi wkoll id-drittijiet li jirriżultaw mill-promissory note, stabbilita b’mod mhux komplut, li l-benefiċċjarju juża kontra dak li jagħti l-aval għan-nom ta’ min ħareġ il-promissory note?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 42