12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Innsbruck (l-Awstrija) fl-10 ta’ Awwissu 2011 — TEXDATA Software GmbH

(Kawża C-418/11)

2011/C 331/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TEXDATA Software GmbH.

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, fl-istat preżenti tiegħu, u b’mod partikolari:

(1)

id-dritt ta’ stabbiliment stabbilit fl-Artikoli 49 u 54 TFUE;

(2)

il-prinċipju ġenerali tad-dritt [Artikolu 6(3) TUE] għal protezzjoni ġurisdizzjonali effettiva (prinċipju ta’ effettività);

(3)

il-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża stabbilit fl-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali [Artikolu 6(1) TUE] u fl-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali [Artikolu 6(1) TUE];

(4)

il-prinċipju ta’ ne bis in idem, stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jew

(5)

ir-regoli marbuta mas-sanzjonijiet fil-proċedura ta’ pubblikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 68/151/KEE (1), fl-Artikolu 60a tad-Direttiva 78/660/KEE (2) u fl-Artikolu 38(6) tad-Direttiva 83/349/KEE (3)

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ tal-iskadenza tat-terminu legali ta’ disa’ xhur previst għat-tfassil u l-iżvelar tal-kontijiet annwali lill-qorti kompetenti fil-qasam tar-reġistru tal-kumpanniji, tobbliga lil din tal-aħħar, minn naħa, tapplika immedjatament multa minima ta’ EUR 700 fuq il-kumpannija u fuq kull korp awtorizzat li jirrappreżentaha minħabba li, salv prova kuntrarja, in-nuqqas ta’ pubblikazzjoni huwa imputabbli lilhom, u min-naħa l-oħra, tapplika immedjatament fuq il-kumpannija u fuq kull korp awtorizzat li jirrappreżentaha multa ġdida minima ta’ EUR 700 għal kull nuqqas sussegwenti ta’ perijodu ta’ xahrejn, abbażi tal-istess preżunzjoni ta’ responsabbiltà,

mingħajr ma tagħtihom minn qabel il-possibbiltà li jesprimu ruħhom fuq l-eżistenza tal-obbligu ta’ pubblikazzjoni u li jinvokaw l-ostakoli possibbli għal tali pubblikazzjoni, u b’mod partikolari, mingħajr verifika minn qabel dwar jekk dawn il-kontijiet annwali kinux effettivament diġà ppreżentati quddiem il-qorti responsabbli mir-reġistru tal-post fejn jinsab l-istbabbiliment prinċipali;

mingħajr ma ssir talba individwali minn qabel lill-kumpannija jew lill-korpi awtorizzati li jirrappreżentawha sabiex josservaw l-obbligu ta’ pubblikazzjoni?


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-9 ta’ Marzu 1968, dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3)

(2)  Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21)

(3)  Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 58)