12.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Lulju 2011 — Erika Jőrös vs Aegon Magyarország Hitel Zrt.

(Kawża C-397/11)

2011/C 331/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erika Jőrös

Konvenuta: Aegon Magyarország Hitel Zrt.

Domandi preliminari

(1)

Qorti nazzjonali taġixxi skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KE (1) jekk, meta tkun ikkonstatata n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali msemmija f’rikors, hija teżamina l-kwistjoni tan-nullità tal-kuntratt għal din ir-raġuni, mingħajr ma l-partijiet ikunu hekk talbuha partikolarment?

(2)

Il-qorti nazzjonali għandha, f’rikors ippreżentat minn konsumatur, taġixxi kif deskritt fl-ewwel domanda meta, bħala prinċipju, il-kompetenza sabiex tikkonstata n-nullità ta’ kuntratt minħabba n-natura abbużiva ta’ waħda mill-kundizzjonijiet kuntrattwali ġenerali ma hijiex dik ta’ tribunal lokali, iżda ta’ qorti ta’ livell iktar għoli, jekk il-parti leża tippreżenta rikors fuq dik il-bażi?

(3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, qorti nazzjonali, li tagħti deċiżjoni bħala qorti tal-appell, għandha d-dritt li teżamina n-natura abbużiva ta’ kundizzjoni kuntrattwali ġenerali jekk dan il-punt ma jkunx tqajjem fl-ewwel istanza u meta, skont id-dritt nazzjonali, bħala regola ġenerali, ma jistgħux jitressqu fatti ġodda jew jiġu prodotti provi ġodda fl-appell?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).