22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Dusseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Lulju 2011 — Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co KG vs Kreis Düren

(Kawża C-386/11)

2011/C 311/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Piepenbrock Dienstleistungen GmbH & Co KG

Konvenut: Kreis Düren

Parti oħra fil-proċedura: Stadt Düren

Domanda preliminari

Għandu wkoll jiġi kkunsidrat bħala “kuntratt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), kuntratt bejn żewġ awtoritajiet lokali li permezz tiegħu waħda minnhom tittrasferixxi lill-awtorità l-oħra, kompetenza limitata ħafna inkambju għar-rimbors tal-ispejjeż, partikolarment meta l-kompitu ttrasferit ma jirrigwardax attività ta’ awtorità pubblika bħala tali, iżda jirrigwarda biss ftehim anċillari?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.