26.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (Budapest, ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-11 ta’ Lulju 2011 — Mostafa Abed El Karem El Kott et vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal, ENSZ Menekültügyi Főbiztosság

(Kawża C-364/11)

2011/C 347/10

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság (Ir-Repubblika tal-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mostafa Abed El Karem El Kott et

Konvenuti: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal, ENSZ Menekültügyi Főbiztosság

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(a), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), il-fatt li persuna tista’ tibbenefika mid-Direttiva jimplika r-rikonoxximent ta’ status ta’ refuġjat, jew ta’ waħda jew l-oħra miż-żewġ forom ta’ protezzjoni inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (l-istatus ta’ refuġjat u l-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja) skont l-għażla tal-Istat Membru, jew, jekk ikun il-każ, ma jimplikax ir-rikonoxximent ta’ ebda waħda minn dawn b’mod awtomatiku, iżda biss l-appartenenza għall-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva?

(2)

It-tmiem tal-protezzjoni jew tal-assistenza ta’ istituzzjoni jimplika residenza barra miż-żona operazzjonali tagħha, it-tmiem tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, it-tmiem tal-possibbiltà li wieħed jibbenefika minn protezzjoni jew minn assistenza min-naħa ta’ din l-istituzzjoni, jew, eventwalment, impediment indipendenti mill-volontà tagħha, leġittimu jew oġġettivament iġġustifikat, li minħabba tali impediment il-persuna li jkollha dritt għall-protezzjoni jew għall-assistenza ma tkunx tista’ tirrikorri għaliha?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).