24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira (il-Portugall) fit-8 ta’ Lulju 2011 — Serafim Gomes Oliveira vs Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

(Kawża C-362/11)

2011/C 282/17

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Santa Maria da Feira

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Serafim Gomes Oliveira

Konvenut: Lusitânia — Companhia de Seguros, SA

Domanda preliminari

Dispożizzjoni tad-dritt Portugiż, li tirrikjedi li l-kumpens jitnaqqas fi proporzjon mat-tort taż-żewġ partijiet fl-inċident inkwistjoni, li seħħ f’Novembru 2006 bejn rota u vettura għall-passiġġieri b’assigurazzjoni obbligatorja ta’ vettura b’mutur, hija konsistenti mad-dritt Komunitarju, anki jekk iċ-ċiklist kellu anqas minn 20 % tat-tort?