24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (Il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-350/11)
2011/C 282/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV.
Konvenut: L-Istat Belġjan
Domanda preliminari
(1) |
L-Artikolu 43 tat-Trattat KE [li sar l-Artikolu 49 TFUE] jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tistabbilixxi li, sabiex tikkalkula d-dħul taxxabbli tagħha, kumpannija suġġetta b’mod sħiħ għat-taxxa fil-Belġju ma tistax tapplika tnaqqis għal kapital b’riskju sal-ammont tad-differenza pożittiva bejn, minn naħa, il-valur kontabbli nett tal-assi tal-istabbilimenti li hija għandha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, it-total tal-kapital passiv imputabbli lil dawn l-istabbilimenti, filwaqt li din tkun tista’ tapplika dan it-tnaqqis jekk l-imsemmija differenza pożittiva tkun tista’ tiġi imputata lil stabbiliment permanenti li jinsab fil-Belġju? |