|
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Auditeur du travail vs Yangwei SPRL
(Kawża C-349/11)
2011/C 282/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Auditeur de travail
Konvenuta: Yangwei SPRL
Domanda preliminari
Il-klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, annessa mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi:
|
— |
l-obbligu li tinżamm kopja tal-kuntratt tax-xogħol part-time jew silta minnu, li tkun tinkludi l-ħinijiet tax-xogħol, l-identità u l-firma taż-żewġ partijiet fil-post fejn jista’ jiġi kkonsultat ir-regolament tax-xogħol (Artikolu 157 tal-Liġi Qafas), |
|
— |
l-obbligu li f’kull ħin ikun jista’ jiġi ddeterminat meta jibda ċ-ċiklu (Artikolu 158 tal-liġi proposta), |
|
— |
fir-rigward tal-ħinijiet varjabbli, l-obbligu li min iħaddem javża lill-ħaddiem permezz ta’ avviż ħamest ijiem qabel; barra minn hekk fil-bidu tal-ġurnata għandu wkoll jitwaħħal avviż li jindika, individwalment, il-ħin ta’ xogħol ta’ kull ħaddiem part-time; barra minn hekk dan l-avviż għandu jinżamm għal perijodu ta’ sena (Artikolu 159 tal-liġi proposta), |
|
— |
l-obbligu li l-persuna li tħaddem ħaddiema part-time jkollha dokument li fih għandhom ikunu rreġistrati d-derogi kollha għall-ħinijiet tax-xogħol imsemmija fl-Artikoli 157 sa 159 (Artikolu 60 tal-liġi proposta), dokument li għandu jinżamm skont ċerti modalitajiet speċifikati fl-Artikolu 161 tal-liġi proposta? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267