27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varnenski Administrativen Sad (il-Bulgarija) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — Tsifrova kompania vs Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

(Kawża C-330/11)

2011/C 252/47

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varnenski Administrativen Sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tsifrova kompania

Konvenuti: Nachalnik na Mitnicheski punkt Varna Zapad pri Mitnitsa Varna

Domandi preliminari

(1)

X’għandu jinftiehem b’“internet” fis-sens tan-Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Komunitajiet Ewropej [Unjoni Ewropea] għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġetti jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(2)

X’għandu jinftiehem bħala “modem” fis-sens tan-Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Komunitajiet Ewropej [Unjoni Ewropea] għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subintestaturi 5289000, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġetti jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(3)

X’għandu jinftiehem bħala “modulazzjoni” u “demodulazzjoni” fis-sens tan-Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Komunitajiet Ewropej [Unjoni Ewropea] għall-2009 (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008), ippubblikati fit-30 ta’ Mejju 2008 (C 133, p. 1, emenda li tikkonċerna s-subintestaturi 8528 90 00, 8528 71 13 u 8528 71 90), sabiex oġġetti jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi TARIC 8528711300?

(4)

Liema hija l-funzjoni prinċipali tal-apparat identifikat bħala modulu separat DC 215 KL, li skont din għandha ssir klassifikazzjoni tariffarja: ir-riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni jew inkella l-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv għall-finjiet tal-aċċess għall-internet?

(5)

Jekk il-funzjoni prinċipali tal-apparat identifikat bħala modulu separat DC 215 KL tikkonsisti fl-użu ta’ modem li jippermetti skambju ta’ informazzjoni interattiv għall-finjiet tal-aċċess għall-internet, it-tip ta’ modulazzjoni u ta’ demodulazzjoni applikati permezz tal-modem u t-tip ta’ modem użat huma rilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja, jew huwa biżżejjed li dan jippermetti l-aċċess għall-Internet?

(6)

Taħt liema intestatura u taħt liema kodiċi għandu jiġi kklassifikat apparat li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-modulu DC 215 KL?

(7)

Jekk modulu separat li jikkorispondi għad-deskrizzjoni tal-modulu DC 215 KL huwa kklassifikat fis-subtitlu NC 8521 90 00, il-ġbir tad-dazji doganali għal rata pożittiva huwa legali skont id-dritt Komunitarju, inkwantu dan jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tal-Komunità skont il-ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ teknoloġija tal-informatika parti II(b) tal-ftehim Komunitarju dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, jew il-klassifikazzjoni fit-titlu 8521 twassal għall-konklużjoni li modulu separat, modulu DC 215 KL, jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożzzjonijiet li jikkonċernaw il-ftehim dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ?